Ħafna forsi ma jafux bil-prodotti tagħna, imma ladarba jduquhom, jgħidu – kemm huma tajbin!
“Ħafna forsi ma jafux bil-prodotti tagħna, imma ladarba jduquhom, jgħidu – kemm huma tajbin!
L-ikel li jkun ftit jaħraq (spicy) inħobbu, iżda sfortunatament issib prodotti li l-ħruq tagħhom joqtol it-togħma tal-prodott u hemm minnhom li jħalli l-effett ħażin fuq l-istonku. U għalhekk, fi żmien il-Covid, bdejt naħdem fuq prodott li ma jkunx daqshekk jaħraq imma li t-togħma ma tintilifx. U hawn ħriġt b’dan il-prodott - il-Filfli - li huwa chutney magħmul mit-tadam imqadded, kunserva, ġulepp tal-ħarrub u l-felfel aħmar ta’ Malta. L-avventura bdiet fl-2021.
Bdejt nagħmel ir-riċerka meħtieġa. L-ewwel kont indewwaq lill-familjari u l-ħbieb. Dawn bdew ġejjin lura għandi u jitolbuni biex nagħmlilhom iktar, anke jekk iħallsuni. L-istorja ta' FilflaChilliCo. bdiet b'din l-avventura. Sintendi, kien hemm bżonn li jkolli l-għarfien kif nista' nikkummerċjalizza dak li bdejt noħloq. Skoprejt li l-Valletta Design Cluster kellhom kċina kummerċjali disponibbli għal ċertu sigħat fil-ġimgħa, u bdejt nipproduċi ċ-chutney Filfli hemmhekk. Grazzi għal għajnuna ta’ wieħed Philip El Masri, li kien head chef ta’ ristorant rinomat il-Belt, irnexxieli nkabbar l-ammont ta' kemm nipproduċi u b'hekk inkun vijabbli kummerċjalment. Minn Filfli, illum wasalt biex għandi 5 prodotti, li fihom kollha hemm dak il-prodott artiġjanali Malti; Xemxi, Buwġi, Basli u l-aħħar invenzjoni bl-isem ta' Kawki. Kollha bi prodotti artiġjanali li magħhom hemm assoċċjati ingredjenti marbuta mal-kultura u l-kċina kulinarja Maltija, bħal pereżempju, it-tadam imqadded, iż-żebbuġ, il-ġulepp tal-ħarrub, il-birra skura lokali ta’ Huskie, il-larinġ u l-klin, fost oħrajn.
Read full article:
https://www.facebook.com/photo/?fbid=1193756316103512&-set=a.455338636611954